L-Awstrija trid tuża suldati mal-fruntiera Taljana

Il-Ministru tad-Difiża Awstrijakk Hans Peter Doskozil f’kummenti mal-ġurnal Ġermaniż ‘Die Welt’ spjega li pajjiżu kien qiegħed iħejji sabiex ikun hemm suldati mal-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Italja.
Il-kummenti ta’ Doskozil ikomplu mal-politika tal-gvern Awstrijakk li fi Frar introduċa bosta miżuri stretti ta’ sigurtà mal-fruntiera tal-pajjiż. F’kummenti separati mal-gazzetta Awstrijakka ‘Oesterreich’ il-Ministru Doskozil ma riedx jagħti jindika n-numru ta’ suldati li kienu se jintużaw f’din l-operazzjoni mal-fruntiera Taljana.
Huwa esprima tħassib ukoll dwar rotot ġodda li qegħdin jiżviluppaw fl-attentat ta’ bosta immigranti sabiex jaslu fil-Ġermanja. Dawn ir-rotot jgħaddu mill-Bulgarija u mill-Albanija. Sostna li r-rotta tradizzjonali tal-Mediterran, jiġifieri r-rotta li mill-Libja twassal għall-Italja wkoll mistennija tara żieda fl-attività hekk kif il-kundizzjonijiet ikompli jitjiebu.