L-Awstrija tissospendi x-Schengen

Il-Gvern Awstrijakk issospenda temporanjament il-ftehim tax-Schengen, u qed jinforza l-kontrolli kollha mal-fruntieri għal dawk li jkunu se jidħlu fil-pajjiż.
Il-kanċillier Awstrijakk, Werner Faymann ħabbar dan f’intervista ma’ ġurnal u spjega li kull min jidħol fl-Awstrija jrid jippreżenta dokument uffiċjali ta’ identifikazzjoni.
Żied jgħid li mil-lum ‘il quddiem, l-Awstrija se jkollha aktar kontrolli stretti, simili għal tal-Ġermanja.
L-Awstrija qed tippjana wkoll li tuża l-armata biex twaqqaf ir-refuġjati li jippruvaw jidħlu fil-pajjiż.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, pajjiżi oħra fix-Schengen ukoll issospendew il-ftehim b’mod temporanju. Dawn jinkludu n-Norveġja, l-Iżvezja u d-Danimarka.