L-Awstrija tissettja limitu għall-immigranti

L-Awstrija ssettjat limitu għal kemm immigranti se taċċetta fil-pajjiż sa tliet snin oħra.
Il-limitu hu għal 127,500 li jitolbu l-ażil.
Iktar minn hekk, ir-risposta tal-Awstrija se tkun ‘Le’.
Din id-dikjarazzjoni ħarġet hekk kif il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, sejjaħ għal summit straordinarju dwar l-immigrazzjoni.
Sadattant, it-Turkija qalet li matul is-sena li għaddiet salvat kważi 92,000 persuna qrib il-Baħar Eġew, rekord assolut fuq il-15,000 tas-sena ta’ qabel.
Fl-istess ħin, qed titlob lill-UE tirriżolvi kwistjonijiet interni u tagħtiha dak li wegħditha, speċjalment l-għoti ta’ €3 biljun f’fondi għall-immigrazzjoni.