L-Awstrija se tibda tagħlaq xi moskej

Il-Gvern tal-lemin fl-Awstrija qed jippjana li jagħlaq seba’ moskej u jista’ jkun li jkeċċi għexieren ta’ imami f’dak li qed tiddeskrivi bħala “il-bidu nett” ta’ ħidma kontra l-Iżlam radikali u l-iffinanzjar ta’ gruppi reliġjużi barranin.
Ir-Reuters qalet li t-Turkija temmen li dawn huma miżuri razzisti.
Il-Gvern ta’ koalizzjoni daħal fil-poter ftit wara l-kriżi Ewropeja dwar il-migrazzjoni. Il-Gvern kien wiegħed li se jipprevjeni influss ta’ immigranti u qal li se jpoġġi restrizzjonijiet fuq il-benefiċċji ta’ immigranti u refuġjati ġodda.
Fl-2015, għaddiet il-Liġi dwar l-Iżlam li ħoloq dmir għall-organizzazjonijiet Musulmani biex ikollhom “ħarsa fundamentali pożittiva dwar l-istat u s-soċjetà Awstrijaki”.
Ritratt: Reuters