L-Awstraljani jlestu x-xampanja fis-silġ

Fis-semifinali tat-Tazza Ażjatika, l-Awstraljani għelbu lill-Arab Emirati Magħquda bl-iskor ta’ 2-0, biex fi kliem il-kowċ Ange Postecoglou jlestu x-xampanja fis-silġ.
Is-Socceroos fetħu kmieni l-iskor wara biss tliet minuti permezz ta’ Trent Sainsbury.
F’inqas minn kwarta, l-Awstraljani assiguraw posthomj fil-finali, bit-tieni gowl skurjat minn Jason Davidson
Għalhekk fil-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej fl-għaxra ta’ filgħodu, fl-iStadium Australia ta’ New South Wales, il-protagonisti se jkunu t-tim nazzjonali Awstraljan u t-tim nazzjonali tal-Korea t’Isfel.
Dawn iż-żewġ timijiet kienu diġa’ flimkien f’din l-edizzjoni fi Grupp A, bil-Koreani li kienu ħarġu rebbieħa bil-gowl ta’ Jeong-Hyeop Lee.
Intant il-Ġimgħa fl-għaxra ta’ filgħodu, fin-Newcastle Stadium, f’New South Wales, l-Iraq u l-Arab Emirati Magħquda se jilagħbu għall-finali tat-tielet u r-raba’ post.