L-Awstraljani jivvutaw; bil-partit Laburista jidher li hu l-favorit

L-Awstraljani qed jivvutaw f’elezzjoni ġenerali illum. Il-koalizzjoni konservattiva li bħalissa hija fil-gvern ikkampanjat dwar ir-rekord fl-immaniġjar ekonomiku filwaqt l-oppożizzjoni wegħdet li se tieħu azzjoni dwar il-bidla fil-klima u r-riforma fit-taxxa.

Il-koalizzjoni tal-Prim Ministru Scott Morrison ilha fil-poter mill-2013 iżda ilha s-snin tmur lura fl-istħarriġ tal-opinjoni minħabba nuqqas ta’ stabbilità u ġlied fil-partit.

Fl-aħħar stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni, Newspoll tal-gazzetta The Weekend Australian uriet li l-partit Laburista huwa l-favorit li jirbaħ fuq il-partit li hemm preżentament fil-gvern.