L-Awstralja u t-Turkija jingħaqdu mal-Istati Uniti kontra l-Istat Iżlamiku

Il-Kabinett Awstraljan ta l-approvazzjoni tiegħu biex anke l-Awstralja tibgħat fighter-jets u tingħaqad mal-missjoni militari Amerikana kontra l-Istat Iżlamiku.
Skont il-Prim Ministru Tony Abott, l-Istat Iżlamiku ddikjara gwerra fuq id-dinja u għandu jitwaqqaf.
Anke t-Turkija se tingħaqad f’din il-gwerra hekk kif fl-aħħar sigħat, il-Parlament awtorizza l-użu ta’ forzi militari Torok kontra l-Istat Iżlamiku fis-Sirja u fl-Iraq.
Mis-Sibt, suldati Torok se jħallu l-fruntiera u jiġġieldu lill-militanti ftit 'il bogħod mill-fruntiera tagħhom, filwaqt li l-pajjiż se jħalli truppi barranin jaħdmu mit-Turkija stess.