L-Awstralja tneħħi ċ-ċittadinanza lill-ġiħadist

L-Awstralja neħħiet iċ-ċittadinanza Awstraljana lil Neil Prakash, li huwa l-aktar ġiħadist imfittex fil-pajjiż. Il-Ministru għall-Intern Awstraljan Peter Dutton iddeskrivieh bħala “persuna perikoluża ħafna”.

Uffiċjali tal-intelliġenza qalu li Prakash, li twieled f’Melbourne, kien ifittex membri biex jingħaqdu mal-Istat Iżlamiku. Huwa kien iħeġġeġ attakki terroristiċi fl-Awstralja.

Bħalissa Prakash jinsab fit-Turkija fejn qed jiġi akkużat b’attentati ta’ terrur. F’Lulju li għadda, il-Qorti Torka ma kinitx laqgħet talba għall-estradizzjoni tiegħu.

Fl-Awstralja, il-ġiħadist qed jiffaċċja akkużi li kien membru ta’ organizzazzjoni terroristika u li kien jappoġġja lill-Istat Iżlamiku.