L-Awstralja tikkritika lill-UN għal kif qed timxi mal-Iżrael

Il-PM Awstraljan, Michael Turnball, qal li l-gvern tiegħu mhuwiex se jingħaqad mal-komunità internazzjonali li fi kliemu trid tikkastra lil Iżrael.
Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, irringrazzja lill-Prim Ministru Awstraljan talli dan iddefenda lil Iżrael mis-sanzjonijiet imposti fuqha min-Nazzjonijiet Magħquda (UN), u qal li nies bħal Turnball itaqqbu l-ballun kbir ta’ ipokrizija tal-UN.
Dan hekk kif illum Netanyahu mistenni jkun l-ewwel PM Iżraeljan li se jżur l-Awstralja.
Il-PM Awstraljan, Michael Turnball, ikkritika lill-UN fuq miżuri li ħadet mal-Iżrael, fosthom kampanji ta’ bojkott sabiex l-istat Iżraeljan ma jibqax magħruf leġittimament, jew il-kampanja riċenti sabiex ma tibqax tibni djar fuq art Palestinjana.
Waqt li Trunball qal li huwa favur li jkun hemm żewġ stati indipendenti, ma jaqbilx ma’ miżuri li jiffavorixxu biss lill-Palestinjani dan kollu għax huma żgħar ħdejn l-Iżrael.
Din iż-żjara ta’ Netanyahu għand l-Awstralja seħħet ġimgħa wara konferenza tal-aħbarijiet mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.