L-Awstralja se tneħħi ċ-ċittadinanza lit-terroristi

L-Awstralja mistennija tħabbar liġijiet ġodda, li se jersqu quddiem il-Parlament għada, biex b’mod awtomatiku tirrevoka ċ-ċittadinanza lil dawk maħsuba li nvolvew ruħhom f’atti terroristiċi, fil-pajjiż u barra, u  li għandhom ċittadinanza doppja.
L-għan prinċipali hu biex l-Awstraljani li marru jiġġieldu f’isem l-Istat Iżlamiku, ma jitħallewx jidħlu lura fil-pajjiż.
L-Awstralja tistma li hemm mal-120 ċittadin tagħha mal-Istat Iżlamiku, almenu nofshom b’ċittadinanza doppja.