L-Awstralja b’84 proposta kontra l-ħasil tal-flus

L-Awstralja qed tressaq 84 proposta biex issaħħaħ il-liġijiet tagħha kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
Ir-riforma qed tfittex li testendi r-regoli eżistenti biex ikopru anke lil professjonisti fosthom accountants, avukati, aġenti tal-propjetà, u dawk li jinnegozjaw oġġetti ta’ valur bħall-ġojjellerija.
Il-ħsieb hu li jkun hemm inqas burokrazija imma iktar informazzjoni biex tgħin lis-sigurtà nazzjonali, aġenziji tal-infurzar tal-liġi u entitajiet tal-Gvern biex jikkumbattu kontra l-ksur tal-liġijiet.