L-MOU tal-Vitals l-uniku wieħed iffirmat qabel inħareġ it-tender – L-Awditur Ġenerali

Charles-Deguara
Miguela Xuereb

Read in English.

Dalgħodu kompliet l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hekk kif xhed l-Awditur Ġenerali Charles Deguara.

L-inkjesta għandha l-għan li tara jekk l-Istat setax ipprevjena li jsir il-qtil tal-ġurnalista, u biex tiskrutinja l-aġir tal-Istat wara l-qtil.

Xi spikka fis-seduta;

  • L-Awditur Ġenerali jgħid li c-Chief of Staff qatt ma’ ndaħal fix-xogħol tal-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali
  • Dwar il-ftehim mal-Vitals qal li l-MOU kien l-unika wieħed li ġie ffirmat qabel it-tender inħareġ
  • Jgħid li ħafna drabi x-xogħol l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qisu ħanqa fid-deżert
  • Isostni li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali m’għandux poteri eżekuttivi
10:41 Il-kumplament tal-jum it-tajjeb.
Amy Borg
10:41 Dak kollox għal llum. Grazzi ħafna talli segwejtuna.
Amy Borg
10:40 L-inkjesta pubblika tkompli it-Tnejn fid-9:30 am. Mistenni jixhed l-eks Chief of Staff tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri.
Amy Borg
10:40 L-Awditur Ġenerali jtemm ix-xiedha tiegħu.
Amy Borg
10:38 "Nixtieq nenfasizza xi ħaġa biex ma nkunx ta diservizz, il-maġġor parti jkollna koperazzjoni," l-Awditur Ġenerali

"Naqbel Naqbel miegħek," il-Prim Imħallef Emeritus Said Pulliċino.
Amy Borg
10:37 "Għalija hi inkwetanti ħafna li l-Awditur Ġenerali jitlob informazzjoni u ma tingħatax. Hu huma l-ġurnalisti li jagħtu l-importanza r-rapporti tal-Awditur Ġenerali," kompla jispjega x-xhud.
Amy Borg
10:34 "Dwar nuqqas ta' informazzjoni, nuqqas ta' minuti dwar laqgħat, kif ittieħdu ċertu deċiżjonijiet, nuqqas ta' kontabilità etc, ili minn tal-inqas 11-il sena, kemm ili involut f'dawn it-tip ta' rapporti, ngħidu l-istess affarijiet u ma jsir xejn. Kważi Kważi ħanqa fid-deżert," irrimarka l-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
10:33 "It's not on li jiġi ffirmat MOU qabel joħroġ it-tender" – sostna l-Awditur Ġenerali dwar il-ftehim mal-Vitals.
Amy Borg
10:30 "Dak kien każ wieħed fejn sibna MOU iffirmat qabel iż-żmien kif sippost," qal ix-xhud hekk kif Dr Comodini Cachia rreferiet għall-fethim tal-gvern mal-Vitals.
Amy Borg
10:26 "Jien jinkwetani l-fatt li jiġi hawn is-sur Debono jgħid li applika għat-tender, kien hemm oħrajn li għamlu hekk u f'daqqa waħda dawn irtiraw u baqa' hu biss" – L-Imħallef Emeritus Mallia.

"Ma nistax inwiġibkom dwar dan, iżda saret referenza għal dan fir-rapport dwar l-art tal-ITS," – L-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
10:25 Dr Therese Comodini Cachia qalet se tkun qed tippreżenta lill-bord il-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport u ta' oħrajn li kollha jinsabu online wkoll.
Amy Borg
10:24 Il-bord irrefera għall-proġett tal-ITS tad-db group.

Ix-xhud qal li iva sar rapport estensiv dwar dan il-proġett.
Amy Borg
10:24 "Ħafna drabi l-kwistjonijiet ta' korruzzjoni jibdew fil-proċess tat-tender," spjega l-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
10:21 "Qisu meta jkun hemm proġetti kbar, qisu l-gvern ikun dgħajjef meta mqabbel mal-kuntrattur. Ovjament irridu naraw din sew, fid-dettal u nanalizzaw għaliex ma nistgħux niġeneralizzaw," – L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara.
Amy Borg
10:19 "Kemm sibtuha komuni li ċertu proġetti jiġu ppreżentati mill-gvern mill-privat u l-gvern jieħu l-proġett onboard?" – Dr Comodini Cachia

"Qatt ma għamilna analiżi jew rapporti fuq hekk. Pero dak li qed tirreferi għalih inti hu ħażin li jsir. Li qed ngħid jien kif sippost jimxu l-affarijiet hu l-ideali," – L-Awditur Ġenerali
Amy Borg
10:18 Dr Comodini Cachia tiċċara dak li qal ix-xhud dwar l-MOU tal-Vitals.

"Konna diġà għandna, sentejn ilu fir-rapport, li jmisshom ġew skwalifikati" – L-Awditur Ġenerali
Amy Borg
10:16 "Dwar il-proġett tal-Electrogas, sar tajjeb u sar ħażin, żgur" – L-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
10:15 Said Pullicini qal "Imma per eżemju jien ma nara xejn ħażin li chief of staff mhux ġej miċ-ċivil imma mill-privat għaliex hu kwistjoni ta' fiduċja, iżda l-mistoqsija hi kemm il-persuna tkun kapaċi timxi mal-kodiċi ta' etika li ġġrr magħha l-kariga.
Amy Borg
10:12 "Aħna jirriżultalna li f'ċertu proġetti ma tantx kienet issir din id-distinzjoni li qed isemmi," qal il-Prim Imħallef Said Pullicino

"Jien ngħid hemm il-kodiċi ta' etika li għandhom jiġu segwiti. Anke jien għandi dawn eżempju ma nistax inkun involut fil-politika, imma mbgħad jiġi minni, mill-kuxjenza tal-persuna li timxi magħhom," – L-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
10:10 "Ix-xogħol politiku taħseb li kien qed jitappan b'dak eżekuttiv?" -Dr Comodini Cachia

"It-tnejn għandhom jirrispettaw lil xulxin. Kif jiġi implimentat u segwit tagħmel id-differenza. Hi diffiċli tgħid fejn tinqata' linja iżda hemm bżonn li ssir distinzjoni," spjega x-xhud.
Amy Borg
10:09 Tagħmel referenza għal li qal ix-xhud fejn ic-Chief of Staff għandu rwol aktar politiku mill-eżekuttiv.
Amy Borg
10:09 Imiss issa l-Avukat Dr Comodini Cachia biex tistaqsi l-mistoqsijiet.
Amy Borg
10:04 Il-bord innota kif dan mhux sew.

Ix-xhud kompla jgħid kif is-sistema tal-filing (kif jinżammu ċertu dokumenti) jaf toħloq problema fil-futur u dan hu dak li jinkwetah.
Amy Borg
10:03 Ix-xhud qal li kif isir il-filing, eżempju bħall-emails li mhux dejjem jew kollha jiġu filed, tinkwetah.
Amy Borg
10:01 Ix-xhud qal li huma qatt ma jitkellmu mac-chief of staffs, hekk kif il-bord staqsa jekk l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qadx għamel kuntatt magħhom.
Amy Borg
09:57 "Qatt ma kellna rapport fejn xi ħadd qalilna li ma mxejniex mat-terms of reference," – l-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
09:55 Deguara qed jispjega kif isiru ir-rapporti. Hawn semma' kif il-PAC fi ħdan il-Parlament jista' jgħid lill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali biex iħejji rapport partikolari.
Amy Borg
09:54 Il-Prim Imħallef Emeritus Said Pullicino qal li fil-każ tal-Eectrogas u tal-Vitals tant hemm affarijiet li kull ħaġa hi każ, storja għaliha.
Amy Borg
09:53 "Dwar tal-Vitals x'sar?" – Il-bord

"Kien hemm partijiet iva u oħrajn le" – L-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
09:51 "Il-gvern jagħti każ dak li jgħid l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali? jew le?" – Il-bord

"Aħna nagħmlu analiżi u imorru lura għar-rapporti li nkunu fassalna biex naraw ir-rakkomandazzjonijiet ittiħdux taħt konsiderazzjoni jew implimentati. 80% tal-każi iva." – L-Awditur Ġenerali
Amy Borg
09:50 Il-bord jaqbel ma' dak li qed jgħid ix-xhud fejn meta jidħlu proġetti kapitali kbar dejjem tinqala xi kontroversja għaliex ma jimxux mal-proċedura.
Amy Borg
09:48 "Fix-xogħol tagħna ma nagħtux każ min hu involut f'dak li qed inħejju r-rapport dwaru. Aħna neżaminaw u niffukaw fejn hemm il-problemi u tittieħed nota" – L-Awditur Ġenerali
Amy Borg
09:47 "In-nuqqas ta' ippjanar speċjalment fi proġetti kapitali kbar bħal ma' hu tal-Electrogas jistgħu jiġi evitati," qal Charles Deguara.
Amy Borg
09:46 Sostna li hu jsegwi ħafna dak li jiġri barra minn Malta f'entitajiet simili bħal ma hu l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
09:45 Dwar il-ftehim mal-Electrogas, ix-xhud qal li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kellu ħafna xogħol u dokumenti x'janalizza ħa ħafna xogħol, ir-rapport.
Amy Borg
09:43 Il-bord issa qed jagħmel referenza għall-MOU tal-ftehim mal-Vitals.

L-Awditur Ġenerali qal li iva saret referenza fir-rapport li Vitals misshom ġew skwalifikati.

"M'għandniex poteri eżekuttivi. Li nistgħu nagħmlu hu li nsemmu fejn sar ħażin." – L-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
09:43 "Ikun hemm min anke jkun evasiv fil-koperazzjoni li jagħti," qal Deguara.
Amy Borg
09:41 Il-bord jagħmel referenza għar-rapport tal-Vitals.

L-Awditur Ġenerali qal li iva dak hu każ minnhom fejn ma sabux koperazzjoni u li ma jkollox għażla f'dak il-każ li "they name and shame."
Amy Borg
09:41 "Bħala regola ġenerali insibu koperazzjoni meta nħejju r-rapporti, qal l-Awditur Ġenerali.
Amy Borg
09:39 Deguara qal li hu jenfasizza li x-xogħol tal-uffiċċju ikun ibbażat fuq il-fatti u li jkun ġust għaliex kull sentenza tagħmel differenza fir-rapporti li jiktbu.

Dwar il-koperazzjoni hu qal li il-maġġor parti dejjjem isibu koperazzjoni għalkemm ikun hemm min ma tantx jikkopera.
Amy Borg
09:39 Il-bord jistaqsi jekk u kemm l-uffiċċju tiegħu isib koperazzjoni mill-entitajiet tal-gvern.
Amy Borg
09:37 L-Awditur Ġenerali Charles Deguara jieħu l-ġurament biex jibda jixhed.
Amy Borg
09:37 Aktar dettalji dwar dak li qed jitlob Fenech: https://newsbook.com.mt/yorgen-fenech-jikteb-lill-kunsill-tal-ewropa-ftentattiv-biex-iwaqqaf-l-inkjesta-pubblika/
Amy Borg
09:35 Il-bord jagħmel referenza għat-talba ta' Yorgen Fenech li talab biex ikun hemm sospensjoni jew tintemm l-inkjesta pubblika dwar dan il-qtil minħabba li qegħdin jinkisru d-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tiegħu.

Fenech jinsab akkużat b'kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Amy Borg
09:35 Il-bord tal-inkjesta għadu kemm daħal issa fl-awla.
Amy Borg
09:33 L-Għodwa t-tajba. Ninsabu live mill-awla numru 20.
Amy Borg