L-awditjar tal-fondi Ewropej se jsir b’metodu irfinat

L-awdituri tal-UE ħabbru metodu ġdid u aktar fin għall-awditjar tal-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni.
L-awdituri se jkunu qegħdin jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-UE provduta mill-Kummissjoni Ewropea. Se jkunu qegħdin jagħmlu ukoll użu aħjar mix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri.
L-iskrutinju tal-kontrolli jkunu diġa twettqu mill-Kummissjoni Ewropea u mill-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri iżda l-awdituri jerġgħu jirfinaw fuqhom. 
Dan ix-xogħol se jkun jinkludi affarijiet bħal eżaminar tal-fajls tal-awditjar u twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awditjar li jkun diġà sar fil-livell tal-benefiċjarji.
Dan ix-xogħol se jkun qiegħed iservi ta' bażi għall-opinjoni kumplessiva dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-UE.