L-avviż dwar ġelat tal-vanilla issa jaffettwa l-lottijiet kollha

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jestendi avviż li nħareġ il-ġimgħa l-oħra dwar ġelati li fih instabu traċċi ta’ ħalib li mhumiex iddikjarati biex issa l-avviż ikopri l-lottijiet kollha.
Id-Direttorat kien avża lill-pubbliku biex il-prodott Coni gelato alla soia al gusto vaniglia tad-ditta My Best Veggie ma jiġix ikkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għall-proteina tal-ħalib.
L-ewwel avviż kien dwar lott partikolari, però illum l-istess Direttorat estenda l-avviż għall-lottijiet kollha.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 jew jibgħat e-mail fuq mhi@gov.mt.