L-avventura ta’ Gauff f’Wimbeldon tintemm

L-avventura ta’ Coco Gauff, il-favorita fost il-partitarji, fil-kompetizzjoni tal-Wimbledon spiċċat meta kienet megħluba min-numru sebgħa Simona Halep.

L-istilla ta’ 15-il sena serqet il-qlub tal-partitarji aktar kmieni fil-kompetizzjoni iżda sfortunatament ma rnexxiliex tikseb postha fil-kwarti tal-finali. Halep irnexxielha tirbħilha bl-iskor ta’ 6-3, 6-3. Gauff dehret xi ftit jew wisq ma’ tiflaħx u ngħatat xi mediċina mit-tabiba.

Min-naħa tagħha, l-istilla Rumena ġegħlet lil Gauff tiġri minn naħa għall-oħra u fl-aħħar tal-ġurnata rriżulta li kienet wisq aktar b’saħħitha mill-atleta ta’ 15-il sena.