L-avvenimenti sportivi fl-Ingilterra se jibqgħu għaddejjin

L-avvenimenti sportivi fl-Ingilterra ftit li xejn jidher li se jkunu affetwati mill-coronavirus. Dan qalu s-segretarju għall-kultura Oliver Dowden.

Il-korpi governattivi u x-xandara għandhom jiltaqgħu fl-laqgħa mal-gvern aktar tard illum biex jiddiskutu l-eventwalita li l-logħob ikollhom jintlagħbu wara bibien magħluqa jekk tiżdied b’mod konsiderevoli t-theddida tal-coronavirus.

Dowden spjega kif f’dan l-istat mhux qegħdin f’pożizzjoni li jikkanċellaw jew jipposponu avvenimenti sportivi.

S’issa fl-Ingilterra mietu tliet persuni minħabba l-vajrus u 278 persuna mmarkaw pożittivi għall-vajrus.