L-avvelenar fl-ikel f’Monte Karmeli diskuss fil-Parlament

L-investigazzjoni dwar l-avvelenar fl-ikel f’Monte Karmeli ma wasslitx biex isir magħruf is-sors tal-każ.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li t-testijiet mikrobijoloġiċi kollha li ttieħdu permezz ta` swabs minn kampjuni tal-ikel irriżultaw fin-negattiv.
Seba’ persuni kienu affetwati minn dan l-avvelenar li wrew sintomi ta’ gastrointerite.
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-ikel ikkontaminat ġie kkonsmat waqt sessjoni ta’ taħriġ għat-tobba li sar fl-Isptar Monte Karmeli f`April li għadda. Dan l-ikel ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista David Agius.