L-avukati se jitħallew ikunu preżenti waqt l-interrogazzjoni

Persuni suspettati u akkużati se jkollhom id-dritt li jkollhom avukat magħhom waqt l-interrogazzjoni.
Dan qalu l-Ministeru għall-Ġustizzja, fejn spjega wkoll li persuna arrestata se jkollha siegħa li fiha tkun tista’ tagħmel kuntatt mal-avukat tagħha qabel l-interrogazzjoni.
Skont dan ir-regolament ġdid avukat se jkun jista’ jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni sakemm ma jfixkilx il-proċess u ma jweġibx għall-akkużat. 
Il-Ministeru spjega li l-Pulizija dwar Reati Kriminali se tibda ssegwi proċedura ġdida fl-investigazzjonijiet, li permezz tagħha se jiżdiedu d-drittijiet ta’ persuni li jkunu suspettati.
Dan se jsir bl-għan li l-proċedura tkun aġġornata ma' standards Ewropej.