L-Avukati fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jidħlu mal-UĦM

Il-UĦM Voice of the Workers ħabbret li mil-lum saret tirrappreżenta lill-Avukati u l-Prokuraturi Legali li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Fi stqarrija, il-UĦM spjegat li l-pass li jmiss huwa li l-maniġment tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali jpoġġi madwar mejda mal-unjin biex dawn il-professjonisti jibdew jingħataw kundizzjonijiet xierqa.

Intqal kif l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fix-xhur li ġejjin se jkun għaddej minn riforma sħiħa fejn ser jinbidel in-natura tax-xogħol u għaldaqstant din it-tibdila titlob titjib ukoll fil-kundizzjonijiet u fil-pagi. Il-UĦM qalet li se taħdem biex f’qasir żmien jintlaħaq ftehim fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.