L-Avukat Wenzu Mintoff jinħatar Imħallef

L-Avukat Wenzu Mintoff minn għada se jkun qed jagħmel parti mill-bank tal-ġudikatura hekk kif ingħata l-kariga ta’ Imħallef fil-Qrati Superjuri.
Dr Mintoff hu s-sitt ħatra fil-ġudikatura f'din il-leġiżlatura wara l-ħatra ta’ żewġ Imħallfin u tliet Maġistrati.
L-Avukat studja l-Ekonomija fl-Università ta’ Malta u wara l-Liġi. Iggradwa bħala Nutar Pubbliku fl-1983 u bħala Avukat fl-1984.
Dr Wenzu Mintoff kien ukoll imexxi l-Alternattiva Demokratika.  Bħala avukat fil-qorti, ipprattika l-aktar fil-kamp tal-liġi ċivili, kummerċjali u amministrattiva.
Bejn l-1987 u l-1992 kien ukoll deputat parlamentari f’isem il-Partit Laburista.