‘L-Avukat tal-Istat kif propost huwa agħar minn bżar fl-għajnejn’ – PD

Il-Partit Demokratiku kkritika bil-qawwa l-proposta dwar l-Avukat tal-Istat fi stqarrija l-Ħadd. Filwaqt li talab il-Gvern biex jitpoġġew il-karti kollha fuq il-mejda u jiġi ppubblikat l-ewwel qari tal-atti l-oħra riċenti li ġew imressqa bi tweġiba għall-Kummissjoni Venezja.

Il-Partit Demokratiku ddeskriva l-Att biex l-irwol tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u tal-Avukat tal-Istat jiġu separati bħala “farsa”. Il-PD sostna li l-Avukat tal-Istat huwa tal-istat kollu li jinkludi l-Parlament u l-korpi kostitwiti u mhux lill-Gvern biss. Il-Partit Demokratiku saħaq li għaldaqstant tali uffiċċju għandu jkun indipendenti u b’hekk jirrifjuta li jħaddan pożizzjonijiet partiġġjani.

Il-Membru Parlamentari f’isem il-PD Godfrey Farrugia saħaq li l-emendi li qed jitressqu huma miftuħa, vagi u żbaljati. Il-Membru Parlamentari Marlene Farrugia ddeskriviet l-Att bħala passatur u ddeskriviet li proposta tagħmel dan l-uffiċċju bħala wieħed bla snien u li jista’ jiġi kkontrollat.