Read in English.
Fil-jiem li ġejjin il-Qorti Kriminali mistennija tagħti deċiżjoni dwar jekk Vincent Muscat ta’ 55 sena mixli bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia għandux jingħata il-libertà proviżorja.
L-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi qal li kien hemm diversi każijiet oħra dwar qtil u oħrajn li jġorru piena ta’ ħabs qawwija fejn tingħata l-libertà proviżorja wara li jitressqu l-Qorti wara medja ta’ tliet xhur u nofs fil-ħabs.
Aġġornata: Assassinju Daphne: Il-Qorti tirrifjuta t-talba tal-ħelsien mill-arrest tal-Koħħu
Muscat, li flimkien mal-aħwa Degiorgio, George u Alfred ta’ 53 sena, jinsab akkużat li fis-16 ta’ Ottubru tal-2017, qatel lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, qed jikkontendi li wasal iż-żmien li jingħata l-libertà proviżorja.
L-Avukat Azzopardi semma lista twila ta’ akkużati li ma damux aktar mill-20 xahar li ilu maqful Muscat, biex jingħataw il-libertà proviżorja.
Assassinju Daphne: X’se jiġri għada?