L-avukat ta’ Silvio Zammit jgħid li bla xhieda l-każ għandu jaqa’

Fil-Qorti, kellha tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Silvio Zammit, li jinsab akkużat li talab €60 miljun, mingħand il-kumpanija Żvediża Swedish Match biex it-tabakk Snus jinbigħ fil-pajjiżi Ewropej.  Dan il-każ eventwalment wassal għar-riżenja ta’ John Dalli minn Kummissarju Ewropew.
Minkejja li llum kellu jagħti x-xhieda tiegħu avukat f’isem il-kumpanija Swedish Match, l-avukat ippreżenta rikors fejn qal li mhux se jattendi għax imsiefer.
Wieħed mill-avukati ta’ Silvio Zammit qal li hemm min intalab biex jixhed tliet darbiet u naqsu milli jidhru. Żied jgħid li jekk jibqgħu ma jidhrux quddiem il-qorti, il-proċeduri fil-konfront tal-klijent tiegħu għandhom jaqgħu.