L-Avukat Ġenerali Malti bi ftehim ma’ dak Palestinjan

L-Avukat Ġenerali tal-Qorti ta’ Malta, Dr Peter Grech iffirma memorandum of understanding mal-Avukat Ġenerali tal-Palestina, Dr Ahmad Barak sabiex iż-żewġ uffiċċji jikkoperaw flimkien fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

L-iffirmar tal-ftehim sar f’Johannesburg wara żmien twil ta’ diskussjonijiet. Dan seħħ waqt li ż-żewġ Avukati Ġenerali qed jipparteċipaw fil-laqgħa annwali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Prosekuturi.