L-Avukat Ġenerali ma jaqbilx ma’ piena mogħtija minħabba omiċidju f’Marsaxlokk

Il-Qorti ddeċidiet li l-piena ta’ raġel li nstab ħati li qatel persuna oħra m’għandhiex tiżdied, iżda ddeċidiet ukoll li l-kawża terġa’ tinstema mill-ġdid minħabba xi talbiet tal-Avukat Ġenerali.
Il-każ imur lura għall-2010, meta Allan Galea kien qatel lil Anthony Borg, magħruf bħala “Il-Bona”, quddiem il-Każin Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk.
L-ewwel Qorti kienet issentenzjat lil Galea sitt snin ħabs, fost l-oħrajn wara li kienet ikkunsidrat li Galea qatlu biex jiddefendi ruħu.
Madankollu l-Avukat Ġenerali f’Jannar tal-2016 kien appella s-sentenza, u ried li l-piena tiġi mibdula għal waġda li tkun tirrifletti l-possibiltà li Galea qatel lill-Bona mhux biex jiddefendi ruħu.
Il-Qorti tal-Appell fis-seduta tal-lum, ippreseduta mill-Imħallfin Joseph Zammit McKeon, Abigail Lofaro u Edwina Grima, iddeċidiet li l-Avukat Ġenerali ma setax jitlob piena akbar minn dik li ngħata l-qattiel.
Ikkonkludiet li aktarx ikun hemm bżonn iżda li dal-każ jerġa’ jinfetaħ.
L-appell mistenni jkompli biex tittieħed deċiżjoni b’rabta mat-talba tal-Avukat Ġenerali dwar il-livell ta’ ħtija ta’ Galea.