Aġġornata: L-Avukat Ġenerali ser jappella mill-libertà proviżorja ta’ Tancred Tabone u Frank Sammut

18.12 L-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech, ikkonferma ma’ Newsbook li wisq probabli l-uffiċċju tiegħu ser jappella mill-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mogħtija mill-Qorti lil Tancred Tabone u Frank Sammut. Huwa għandu sa għada fit-3p.m. biex jappella.

17:50 Minn informazzjoni li għandu Newsbook jidher li l-Avukat Ġenerali ser jappella d-deċiżjoni tal-Qorti li llum stess tat il-libertà proviżorja lil Tancred Tabone u lil Frank Sammut. Tabone u Sammut ingħataw il-libertà fuq garanzija personali ta’ €15,000.

Jirriżulta li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali diġà beda jikteb l-appell.

Illum waranofsinhar Tancred Tabone, li hu eks Chairman tal-Enemalta u Frank Sammut ġew akkużati b’tixħim li jista’ jwassal għal 14-il sena priġunerija, akkużati b’ħasil ta’ flus, aċċettaw rigali jewofferti, għamlu użu ħażin mill-flus tal-privat u tal-gvern u anke użaw dokumenti b’dettalji foloz.

catherine@newsbook.com.mt