L-Avukat Ġenerali b’ħatra Ewropea

L-Avukat Ġenerali ta’ Malta Peter Grech inħatar bħala Viċi-President tan-Netwerk ta’ Prosekuturi Ġenerali fil-Qrati Supremi jew Istituzzjonijiet Ekwivalenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-ħatra saret waqt il-laqgħa annwali tan-netwek li saret f’Pariġi din il-ġimgħa.
Din il-laqgħa kienet ukoll tfakkar l-għaxar anniversarju tat-twaqqif tan-Netwerk fuq inizjattiva ewlenija tal-eks Prokuratur Ġenerali fil-Qorti ta’ Kassazzjoni Franċiża Jean-Louis Nadal.
Il-laqgħa ġenerali tan-Netwerk se ssir f’Malta fl-2021.