Trump irrekordjat jiddiskuti ħlas lill-mudella ta’ Playboy

REUTERS/Brendan McDermid/File Photo

L-avukat personali tal-President tal-Amerka, Michael Cohen, irrekordja konversazzjoni bejnu u bejn Donald Trump xahrejn qabel l-elezzjoni fl-2016. F’din il-konversazzjoni ddiskutew ix-xiri tad-drittijiet ta’ storja ta’ eks-mudella ta’ Playboy, Karen McDougal, li allegat li kellha relazzjoni sigrieta ma’ Trump, qal wieħed mill-avukati tal-President.

Qabel l-elezzjoni, Trump ċaħad li l-mudella tħallset b’ebda mod, iżda l-konversazzjoni rrekordjata tgħid mod ieħor.

L-avukat Giuliani kkonferma li l-konversazzjoni ġrat f’Settembru ta’ 2016, iżda li l-ħlas kien lill-kumpanija prinċipali tal-gazzetta National Inquirer għad-drittijiet tal-istorja ta’ McDougal. Il-ħlas qatt ma sar, qal Giuliani.