L-Avukat Ann Fenech tgħid li mhux se tikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN

L-Avukat Ann Fenech qalet li mhux se tikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Dr Fenech qalet dan waqt il-programm Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali. Dan wara li iktar kmieni nħolqot paġna fuq Facebook biex tinkoraġixxi lil Avukat Ann Fenech tinvolvi ruħha fil-Partit Nazzjonalista.

Dr Fenech qalet li ma tridx tkun prużuntuża għal pożizzjoni bħal dik li qabel kien hemm Statisti fiha. Qalet ukoll li raġuni oħra hija li ma tridx li tħassar l-armonija tal-familja tagħha li jkollha titlifha jekk tokkupa kariga bħal dik. Saħqet li lesta tikkontribwixxi fi stutturi oħra tal-partit.