L-atturi Kate Mara u Jamie Bell saru ġenituri

Ritratt: Erik Pendzich/REX

L-atturi Kate Mara u Jamie Bell ħabbru llejla li ftit tal-ġimgħat ilu saru ġenituri.

Għal Mara, protagonista ta’ sensiliet bħal Moonbeam City, House of Cards u Pose, fost ħafna produzzjonijiet oħra, ħabbret uffiċċjalment permezz tal-midja soċjali Instagram.

mill-banda l-oħra Bell hu magħruf għal għadd kbir ta’ films fosthom Fantastic Four, 6 Days u bħalissa bħala Bernie Taupin fil-film biografiku dwar Elton John li jġib l-isem ta’ Rocketman.

Ritratt: Instagram

Għal Bell din hija t-tieni darba li sar missier. Filwaqt li minn Mara għadu kif kellu tifla ftit tal-ġimgħat ilu, hu diġa kellu tifel mill-attriċi ta’ Evan Rachel Wood.

L-atturi għażlu li jżommu t-twelid tat-tifla tagħhom kwietha biex b’hekk setgħu jgawdu dan il-mument flimkien.

Mhux qed joħorġu ritratti ta’ wiċċ it-tarbija u lanqas ma’ ħarġu informazzjoni tad-data eżatta tat-twelid jew x’semmewha. Dwar il-fatt li kien se jkollhom tarbija żammewha għalihom u ma kienx qabel Frar li għadda, wara s-serata tal-Oscars li l-attriċi kkonfermat li kienet tqila. L-attur jammetti li huwa protettiv lejn uliedu, l-aktar minħabba l-fatt li kien trabba bla missier.