L-attur Zac Efron jeħlisha mill-mewt

L-attur ta’ 32 sena kien fil-periklu tal-mewt wara li laqqat infezzjoni waqt li kien qed jaħdem fuq dokumentarju fil-Papua New Guinea. Jingħad li l-attur kien fil-periklu tal-mewt u ttieħed fi Brisbane fl-Awstralja fejn ingħata trattament u nżamm taħt osservazzjoni qabel ma kien ċertifikat li kien ħieles mill-periklu li jitlef ħajt. B’hekk hu seta’ jiġi msiefer lejn daru fl-Istati Uniti biex ikompli jqatta’ l-kumplament tal-festi mal-qraba tiegħu.

Skont il-Hollywood Reporter, Efron kien jinsab fil-Papua New Guinea mill-bidu ta’ Diċembru biex jaħdem id-dokumentarju Killing Zac Efron fejn kellhom jiffilmjaw dak li jgħaddi minnu hekk kif jipprova jqatta’ 21 jum fil-ġunġla.

Ironikament, it-titlu ta’ dan id-dokumentarju kien se jseħħ tassew li kieku ma ttiħidx fil-pront għall-kura fis-St Andrews War Memorial Hospital ta’ Brisbane fl-Awstralja.