L-attur wara din id-Dama llum jagħlaq sninu

Awguri lill-attur Alan Montanro li llum qed jiċċelebra għeluq it-58 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum il-21 ta’ Awwissu tal-1962. Bla dubju li Montanaro jibqa’ assoċjat l-aktar għall-parti tad-Dama f’diversi pantomimi li jittellgħu minn sena għall-oħra.

Attur u awturi ta’ bosta produzzjonijiet teatrali, Montanaro huwa iben Anthony u Frances nèe Lautier u guwa min  Tas-Sliema.

Iddebutta fit-Teatru Manoel permezz ta’ What The Butler Saw. Wara ħadem f’Run For Your Wife u To Die For. Wara bdew ġejjien aktar partijiet fosthom fi produzzjonijeit at’ Shakespeare, Ben Elton u Oscar Wilde.

Flimkien ma’ Edward Mercieca, Alan kien jippreżenta l-programm Lanċa Ġejja li dam għaddej għal 13-il ġimgħa.

L-interpretazzjoni tiegħu ta’ diversi karattri u dami fil-pantomimi wasslu biex hu jiġi mlaqqam “pantonaro”.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.