L-attur Tom Felton ta’ Harry Potter jinsab Malta

Tom Felton, wieħed mill-atturi ewlenin tal-films ta' Harry Potter, bħalissa jinsab Malta.
L-attur u kantant Ingliż, huwa magħruf għall-parti ta' Draco Malfoy fis-serje tal-films Harry Potter, li inħadmu bejn l-2001 u l-2011.
Rebaħ l-MTV Movie Award darbtejn għall-aqwa attur 'kattiv'.
Għall-kuntrarju tar-rwol tiegħu fil-films bħala 'l-kattiv', Tom kien ġentili ħafna ma' tfajla Maltija li għarfitu u kellmitu. Mill-ewwel aċċetta li jieħu stessu magħha. 
Carla Russo, ta' 18-il sena iltaqgħet miegħu fuq ix-Xatt ta' San Ġiljan.  
Ma' Newsbook.com.mt, Carla spjegat li għarfet lil Tom, li kien akkumpanjat minn tfajla, u staqsietu kienx l-attur li segwiet f'Harry Potter. 
Tom, li għandu 27 sena, ikkonferma u qalilha li bħalissa jinsab Malta biex jieħu sehem fil-ġbid ta' film. Huwa se jieħu sehem fil-film 'Clavius'.
Il-film se jirrakkonta l-istorja ta’ Ċenturjun li nagħta l-ordni minn Ponzju Pilatu biex jistħarreġ l-għajdut dwar il-qawmien mill-mewt tal-Messija u jsib il-ġisem ta’ Ġesù biex iwaqqaf l-irvellijiet f’Ġerusalemm.