L-attur Eric Grech jgħin lil Puttinu f’għeluq sninu

Awguri lill-attur Eric Grech li llum qed jiċċelebra għeluq il-55 sena tiegħu. Eric, iben l-awtur u attur Lino Grech twieled f’Tas-Sliema bħal-lum it-2 ta’ Ġunju tal-1965.

Eric hu magħruf għal bosta partijiet li interpreta matul is-snin fosthom f’Simpatiċi u bħala Polly f’Iz-Zija Lavinja.

Ħadem ukoll f’sensiliet bħal Vittmi u Ġrajjiet in-Nannu Ċens kif ukoll fil-film għaċ-ċinema Id-Destin.

L-attur għandu xewqa partikolari għal dan il-jum speċjali, u dan hu biex in-nies jiċċelebraw miegħu dan il-jum billi jagħmlu donazzjoni lil Puttinu Cares permezz ta’ dan il-link.

Awguri Eric!