L-attur Danny Trejo jsalva tarbija minn karozza maqluba

Danny Trejo, attur ta’ Hollywood, issejjaħ eroj ta’ vera wara li għen biex setgħet tkun salvata tarbija li nqabdet f’karozza li spiċċat maqluba wara inċident tat-traffiku f’Los Angeles. L-attur fis-sensiela Machete qal li ra sewwieq ta’ karozza li baqa’ għaddej kontra s-sinjal aħmar tat-traffiku u baqa’ dieħel f’karozza li qalibha.

Danny Trejo jirrakkonta kif salva lil tarbija f’karozza maqluba li tidher warajh

L-attur irnexxielu joħroġ lit-tarbija mill-karozza bil-għajnuna ta’ mara li nzertat kienet għaddejja fit-triq. Hu qal li l-mara ħallet iċ-ċinturin tas-sigurtà waqt li hu qabad lit-tarbija u ħariġha min-naħa l-oħra tal-karozza.

It-tnejn li huma rrakkuntaw li waqt li kienu jippruvaw joħorġu lit-tarbija barra mill-karozza l-mara l-ħin kollu bdiet titlobhom biex isalvaw lit-tarbija. Il-mara kienet imweġġgħa imma ħsiebha kien il-ħin kollu fuq it-tarbija tagħha.

Trejo, li rajnih f’films bħal Heat, Con Air, u Desperado għandu 75 sena. Hu appella lis-sewwieqa minn fuq il-paġna tal-Instagram tiegħu, biex jagħtu kas dak li jkun għaddej fit-toroq.