L-attur Chris Pratt iżżewweġ lil Katherine Schwarzenegger

Ritratt: MB/MEGA

Ftit sigħat ilu tħabbar li lbieraħ l-attur Chris Pratt iżżewweġ lil Katherine Schwarzenegger, bint l-attur Arnold.

Lil Chris Pratt ħafna jafuh bħala protagonist f’films bħal Guardians and the Galaxy, Avengers: Infinity Wars, Avengers: Endgame, Jurassic World u Jurassic World: Fallen Kingdom. Kien interpreta wkoll il-parti ta’ Che f’9 puntati mis-sensiela The O.C.

Katherine Schwarzenegger hija bint l-attur Arnold u martu Maria Shiver. Katherine hija awtriċi ta’ bosta kotba bħal Rock What You’ve Got: Secrets to Loving Your Inner and Outer Beauty from Someone Who’s Been There and Back, I Just Graduated . . . Now What? u Maverick and Me. Hi attiva ħafna fil-ġlieda kontra l-moħqrija fuq l-annimali.

Ritratt: Instagram

Madwar 70 persuna kienu mistiedna għaċ-ċerimonja li saret f’San Ysidro Ranch f’Montecito fil-Kalifornja. Fost il-mistednin kien hemm għadd ta’ personalitajiet magħrufa fosthom James Gunn, direttur tal-film Guardians of the Galaxy, kif ukoll l-attur Rob Lowe.

Mistiedna wkoll kien hemm ulied il-mara ta’ Arnold Schwarzenegger, kif ukoll Jack, it-tifel ta’ sitt snin ta’ Chris Pratt miż-żwieġ tiegħu mal-attriċi Anna Faris.

Chris u Katherine bdew joħorġu flimkien fis-sajf li għadda wara li kienet ommha li laqqgħathom flimkien.

Kien f’Jannar li huma ħabbru pubblikment li kienu tgħarsu.