L-attur Alain Delon l-isptar wara puplesija

L-attur Franċiż ta’ fama internazzjonali Alain Delon jinsab rikoverat fi sptar fl-Iżvizzera wara li sofra minn puplesija.

Anthony, iben l-attur, ħabbar li l-kundizzjoni ta’ missieru issa hija waħda stabbli. Spjega li missieru sofra l-puplesija fi Franza fejn ġie  operat u nżamm għall-kura intensiva hemmhekk qabel ma ttieħed  fl-Iżvizzzera għall-mistrieħ.

F’Mejju, l-attur ta’ 83 sena kien onorat bil-Palme d’Or d’honneur waqt it-72 edizzjoni tal-festival tal-films f’Cannes.

Delon hu meqjus bħala ikona fix-xena tal-films Ewropej, u f’aktar minn 60 sena ħadem f’aktar minn 80 film fejn ħadem ma’ wħud mill-kbar taċ-ċinema fosthom Michelangelo Antonioni, Luchino Visconti, Jean-Pierre Melville, u Jean-Luc Godard.