L-attriċi Sissy Spacek tagħlaq 70

Proprju llum, fil-Milied, l-attriċi Sissy Spacek qed tiċċelebra għeluq is-70 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum fl-1949.

Bla dubju li Spacek tibqa’ magħrufa għall-interpretazzjoni tagħha fil-film Coal Miner’s Daughter tal-1980, li kien rebbaħħha l-Oscar bħala l-Aqwa Attriċi. Rebħet għadd kbir ta’ unuri fosthom tlett Golden Globe Awards, żewġ Critics’ Choice Movie Awards, Screen Actors Guild Award u kellha wkoll erba’ nominazzjonijeit għall-BAFTA Awards, kif ukoll tlieta għall-Primetime Emmy Awards u anki Grammy Award. Hija ingħatat ukoll stilla fuq il-Hollywood Hall of Fame.

Sissy Spacek fil-film Coal Miner’s Daughter

Spacek qatt ma kienet aspirat li ssir attriċi, u filfatt hi kienet qed timmira li ssir kantanta u taħt l-isem ta’ Rainbo ħarġet is-single John You Went Too Far This Time. Kienet ukoll tagħmilha ta’ mudella.

Sissy Spacek fil-film Carrie

Wara li offrewlha parti fil-film Carrie, il-karriera tagħha bħala attriċi splodiet u bdew ġejjin bosta partijiet oħra, fosthom f’films bħal JFK, Missing u Crimes of teh Heart.

Fuq is-sett tal-film Badlands iltaqgħet ma’ Jack Fisk u żżewwġitu. Għandhom żewġ ulied bniet, Schuyler u Madison.