L-attriċi Pia Zammit tiftaħ libell kontra l-editur tat-Torċa

Meme by Pia Zammit from Facebook.

Read in English.

L-attriċi Maltija Pia Zammit fetħet libell kontra l-editur tal-gazzetta tal-General Workers’ Union, it-Torċa wara li ppublikaw rapport il-Ħadd li għadda.

Mar-rapport intuża ritratt ta’ Zammit li jmur lura għall-2009. Ir-ritratt ittieħed meta kienet qed tittella’ l-kummiedja ‘Allo ‘Allo. Waqt li r-ritratt beda jdur fuq il-midja soċjali, il-gazzetta ppubblikat storja, inkluż kummenti ta’ persuna anonima, li qal li ritratt bħal dan joffendi s-sentimenti tal-vittmi li waqgħu taħt idejn in-Nażisti.

L-attriċi, li hi waħda mill-attivisti ta’ Occupy Justice fl-artiklu miktub dwarha, dehret li bħal donnha tissimpatizza man-Nażisti. Zammit użat il-midja soċjali biex ikkritikat il-gazzetta wara li użaw ir-ritratt għal erba’ darbiet f’okkażjonijiet separati.

Zammit qalet li l-ibbuljar ta’ xi individwi privati kien qed iżomm lura lin-nies milli jitkellmu b’mod liberu u milli jitolbu li jkunu rispettati d-drittijiet tagħhom. Hi żiedet tgħid li din hi xorta ta’ ċensura. Qalet li dan hu mod ta’ kif wieħed jimpedi milli jkun hemm il-libertà tal-kelma mingħajr ma juża l-vjolenza.

For the Special Attention of My Theatre Colleagues and Friends—————————-They DO say that August is…

Posted by Pia Zammit on Sunday, August 25, 2019