L-attriċi Meryl Streep issellem lil Daphne Caruana Galizia fit-tnedija tal-film ‘The Laundromat’

Ritratt EPA via Corporate Dispatch

Read in English.

L-attriċi Amerikana Meryl Streep sellmet lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia waqt it-tnedija tal-Film The Laundromat fil-festival ta’ Venezja.

Il-film, produzzjoni ta’ Netflix, huwa ispirat mill-każ Panama Papers.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-film, Meryl Streep fakkret li din il-produzzjoni hija waħda ispirata minn ħidma ta’ għadd ta’ ġurnalisti investigattivi. ‘Saħansitra kien hemm min miet’, qalet Streep b’referenza għal Daphne Caruana Galizia.