L-attriċi Lori Loughlin teħel xahrejn ħabs

Lori Loughlin, magħrufa għall-karattr ta' ABigail Stanton fis-sensiela When Calls the Heart

L-attriċi Lori Loughlin, li kienet fost il-protagonisti tas-sensiela When Calls the Heart weħlet xahrejn ħabs wara li ammettiet li flimkien ma’ żewġha ħallsu madwar nofs miljun dollaru f’każ ta’ tixħim biex iż-żewġ uliedhom jidħlu fl-universitajiet mill-aqwa.

Ir-raġel tagħha, l-istilista tal-moda Mossimo Giannulli weħel ħames xhur ħabs.

Minbarra l-perjodu ta’ żmien fil-ħabs, huma se jkunu qed jagħmlu xogħol fil-kommunità.

Loughlin hija t-tieni attriċi li se tiskonta piena l-ħabs f’dan l-iskandlu ta’ tixħim biex isir tbagħbis fir-riżultati ta’ uliedhom beix jidħlu fl-universitajiet. Qabilha, f’Settembru li għadda, kien hemm l-attriċi Felicity Huffman ta’ Despertae Housewives, li weħlet 14-il jum ħabs biss peress li ammettiet mill-ewwel ħtijietha.

Meta faqqa’ l-iskandlu l-attriċi tneħħiet mill-ewwel mis-sensiela When Calls the Heart, serje li hija kienet ilha taħdem mill-2014 u b’kollox kienet diġà ħadmet fi 58 puntata. Is-sensiela issa tkompliet mingħajrha u l-karattru tagħha ma nagħta lil ebda attriċi oħra.