L-attriċi li ssalva l-annimali

Ritratt: Facebook/EthelKawki

Ethel Kawki mhux xi wiċċ ġdid fuq it-televiżjoni. Ftit snin ilu rajniha fuq l-istazzjon Net tippreżenta l-programm SOS Pets. Nafuha wkoll f’diversi sensiliet ta’ drama fosthom anki Shelly Rayner fuq l-istazzjon One.

Illum il-ġurnata, l-attriċi li dehret ukoll f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali fosthom 12 Angry Men, se tkun il-mistiedna waqt il-programm X’Sar Minnhom li jixxandar fl-10.05pm fuq TVM.

Waqt dan il-programm se nsiru nafu aktar dwar Ethel, li ilha xi ftit nieqsa mit-televiżjoni. Se naraw kif inhi ħajjitha llum bħala omm ta’ tlett ulied, kif ukoll dwar il-ħidma tagħha li tgħin u ssalva l-annimali Ħudni d-Dar.

Din l-inizjattiva wasslet biex Ethel jirnexxielha tikseb rekord biex issib djar u familji għal dawn l-annimali abbandunati.

Prosit Ethel!