L-attivisti jpoġġu x-xemgħat għal Daphne minkejja l-gradi tal-Pulizija

Facebook: Occupy Justice Malta

L-attivisti mill-grupp OccupyJustice reġgħu poġġew xemgħat b’tifkira għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta minkejja l-barriers li tpoġġew mill-Pulizija.

Fuq Facebook, l-attivisti tellgħu ritratti li juru dawn ix-xemgħat wara l-barriers li tpoġġew fl-aħħar jiem. Il-barriers dehru l-ewwel qabel iċ-ċerimonji b’rabta mal-festa tal-Vitorja.

Posted by Occupy Justice Malta on Sunday, September 9, 2018

Intant, fuq Facebook l-attivisti tal-grupp Il-Kenniesa irreaġixxa wkoll għat-twaqqif tal-barriers tal-Pulizija.

A long read, but worth it:Last night, in response to the government’s bizarre and spiteful decision to block-off the…

Posted by Il-Kenniesa on Sunday, September 9, 2018

Riċentament, aktar sinjali twaħħlu ma’ Malta bil-kliem “investigathom…qatluha” u ritratt tal-ġurnlista assassinata Daphne Caruana Galizia minn Reżistenza Malta. Waħda minnhom ittelgħet propju mal-bordura ta’ injam u ħadid li ttellgħet madwar il-monument tal-Assedju l-Kbir li bħalissa għaddej minn tindif u għaldaqstant tneħħa l-mafkar tal-ġurnalista.