L-attivist Joshua Wong jitħalla joħroġ mill-ħabs

Read in English.

L-attivist Joshua Wong, li sar il-wiċċ assoċċjat mal-ġlieda favur id-demokrazija f’Ħong Kong tħalla joħroġ mill-ħabs nhar it-Tnejn u wiegħed li se jingħaqad ma’ movement tal-massa biex jipprotesta u jitlob li l-mexxeja Carrie Lam, appoġġjat minn Beijing titlaq.

Ir-rilaxx tiegħu sar fit-tieni ġimgħa tal-kriżi politika fil-belt immexxijja miċ-Ċina. L-inċertezzi dwar id-destin ta’ Lam qed dejjem jikbru. L-attivist qal li se jkun qed jingħaqad mal-bqija fil-ġlieda kontra l-liġi li ddaħlet. Hu qal li jemmen li dan huwa ż-żmien li Lam għandha tirriżenja.