L-attakki ta’ Pariġi tagħlima għal min irid jagħti widen – l-ISIS

L-Istat Iżlamiku poġġa fuq l-internet poster bir-ritratti u l-laqmijiet ta’ dawk li wettqu l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi.
Saħaq li dak li seħħ f’Pariġi hu tagħlima għall-pajjiżi li jridu jagħtu widen. Ir-ritratti huma ta’ tliet Belġjani, tliet Franċiżi u żewġ Iraqqini.
Fosthom ma jidhirx Salah Abdeslam, ir-riċerkat Numru Wieħed wara l-attakki.
Sadattant, uffiċjal għoli ta’ Google qed isostni li l-ISIS għandu jitneħħa mill-internet pubblika.
B’hekk jingħata inqas spazju biex imexxi l-messaġġi tiegħu, inkluż biex iħajjar nies jingħaqdu miegħu.
Sostna li b’hekk ma jfissirx li l-ISIS ma jkunx jista’ jikkomunika, imma jingħalqulu bibien li bħalissa huma miftuħa beraħ.