L-attakki ta’ Pariġi mil-lenti tal-gazzetti internazzjonali

Eku tal-aħħar attakki suwiċida fil-kapitali Franċiża, dalgħodu l-gazzetti, madwar id-dinja fetħu bl-aħbar traġika tal-mewt ta' mijiet ta' persuni innoċenti f'diversi partijiet ta' Pariġi.
Li jispikka fost l-oħrajn huwa l-analiżi tar-rappurtaġġ minn bosta aġenziji tal-aħbarijiet.
Il-BBC ddeskriva l-attakki bħala l-aktar imdemmija mill-2004 l'hawn meta 191 persuna nqatlu fi spluzjonijiet fuq ferrovija f'Madrid.
ANSA kitbet fit-titli tagħha kif dan l-attakk huwa meqjus bħala l-11 ta' Settembru ta' Franza b'referenza għall-attakki li seħħew fuq il-World Trade Centre fi New York fl-2001.
Il-Correiere della Sera jiffoka fuq l-attakki b'mod partiklolari barra Stade de France u dwar l-Istat ta' Emerġenza iddikjarat. Saħansitra jindika li wara lbieraħ Pariġi tinsab fi gwerra. 
It-Times of London tiffoka iżjed fuq in-numru tal-vitttmi li s'issa skont hi, huwa ta' 'l fuq minn 150 mejta.
Le Monde tiffoka fuq in-numru tal-attakki: 6 b'kollox f'diversi zoni qrib xulxin fil-kapitali Pariġi.