L-attakki ta’ Pariġi jistgħu jfissru €300 miljun f’kumpens

Minn fond li kien twaqqaf apposta fl-1986 fi Franza, il-Gvern Franċiż ħallas €6.7 miljun f’kumpens lill-familji tal-vittmi tal-attakki tat-13 ta’ Novembru.
Imma skont il-Ministru Franċiża tal-Ġustizzja, il-kumpens jista’ jitla’ sa €300 miljun.
Kważi €800,000 oħra ngħataw lil dawk li ndarbu fl-attakki biex ikopru l-ispejjeż.
Minn kemm ilu li twaqqaf hotline biex jipprovdi għajnuna psikoloġika u għajnuna oħra, kienu 11,000 dawk li użaw is-servizz.