Aġġornata: L-ISIS jieħdu r-responasabbiltà tal-attakki f’Pariġi

L-ISIS ħadu r-responsabbilità tal-attakki li seħħew ilbieraħ f'Pariġi.
Fi stqarrija fuq l-internet minn partitarji tal-Istat Iżlamiku intqal li 8 persuni armati b'machine guns u ċinturini ta' splussivi attakkaw b'mod strateġiku diversi żoni selettivi mil-kapitali Franċiża.
Aktar qabel:
Intant il-President Franċiż Francois Hollande iktar kmieni kien diġà ddikjara li l-attakki tal-lbieraħ f’Pariġi kienu “att ta’ gwerra mill-Istat Iżlamiku”.
Qal li dawn l-attakki s’issa qatlu 127 persuna u darbu 180 oħra.  Semma kif dawn l-attakki ġew organizzati minn 8 agressuri.
Iddikkjara wkoll tliet ijiem ta’ luttu nazzjonali.