L-attakki fis-Sri Lanka: Min huma l-vittmi?

The injured grandmother of Shaini, 13, who died as bomb blasts ripped through churches and luxury hotels on Easter, mourns at her wake, in Negombo, Sri Lanka April 22, 2019. REUTERS/Athit Perawongmetha

Is-Sri Lanka jinsab f’xokk wara s-serje ta’ splużjonijiet li għamlu ħerba fi knejjes u lukandi. B’kollox mietu 290 persuna. L-attakki fil-knejjes seħħew waqt is-servizz ta’ Ħadd il-Għid fil-bliet ta’ Colombo, Negombo, u Batticaloa.

Hu maħsub il-maġġoranza ta’ dawk li nqatlu huma mis-Sri Lanka, però uffiċjali qalu li għexieren huma barranin. Fosthom hemm nies mir-Renju Unit, mill-Indja, mid-Danimarka, u miċ-Ċina.

Skont il-BBC, il-gvern qed jirrestrinġi xi networks tal-midja soċjali biex jippruvaw iwaqqfu t-tixrid tal-misinformazzjoni, allura d-dettalji qed jiġu żvelati bil-mod.  Il-BBC irrapporta dwar min kienu wħud mill-vittmi.

Aġġornata (3): Ritratti: Bombi joqtlu aktar minn 200 fis-Sri Lanka

Shantha Mayadunne, kok famuża mis-Sri Lanka

Waħda mill-ewwel vittmi li ġew identifikati l-lejl li għadda kienet il-kok famuż mis-Sri Lanka Shantha Mayadunne.

It-tifla tagħha Nisanga Mayadunne kienet ippostjat ritratt tal-familja tieħu l-kolazzjoni fil-lukanda Shangri-La f’Colombo ftit qabel ma skattat splużjoni hemm. Qarib tal-familja wara kkonferma fuq Facebook li t-tnejn li huma mietu.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10156557751134272&set=a.10150906824939272&type=3

Erba’ ħaddiema fis-Cinnamon Grand hotel

Erba’ ħaddiema fir-ristorant Taprobane fis-Cinnamon Grand hotel mietu fl-attakki.

Kelliem għall-lukanda qal li kien jum impenjat waqt il-buffet breakfast tal-Ħadd.

Il-ħaddiema ġew identifikati biss bħala Shantha, Sanjeewani, Ibrahim, u Nisthar.

Google Maps

Tliet ħaddiema fis-Shangri-La

Il-lukanda Shangri-La f’Colombo qalet fi stqarrija fuq Facebook li tlieta mill-ħaddiema tagħha mietu fl-inċident waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Google Maps

It-tfal ta’ billjunarju tal-ASOS

Tlieta mit-tfal tal-billjunarju Daniż Anders Holch Povlsen mietu fl-attakki, skont kelliema li tkellmet mal-BBC. Il-kumpanija ma setgħetx tiżvela aktar dettalji għalissa u talbet sabiex il-privatezza tal-familja tiġi rispettata.

Povlsen, li għandu 46 sena, huwa l-akbar stakeholder fil-ħanut tal-ħwejjeġ online ASOS.

https://www.instagram.com/p/BwXEi0yDpd1/?utm_source=ig_embed

3 mill-vittmi tal-attakki fi Sri Lanka huma wlied is-sid biljunarju tal-ASOS

Rasina, 58, mill-istat Indjan ta’ Kerala

Skont rapporti fil-midja, Rasina, li isimha ġie spellut ukoll Razeena f’xi rapporti hija oriġinarjament minn Kerala. Hija għexet fid-Dubaj mar-raġel tagħha imma vjaġġat lejn Colombo biex tiltaqa’ mal-qraba tagħha.

Inqatlet ftit wara li għamlet iċ-check-out mill-lukanda li kienet qed toqgħod fiha.

Google Maps

L-awtoritajiet qalu li 24 persuna ġew arrestati b’rabta mal-attakki. Huwa maħsub li l-grupp Lokali National Thowheed Jamath kien wara l-attakk. Dan huwa grupp Iżlamiku.

Sri Lanka: L-attakki fil-knejjes li qatlu 290 persuna kienu ilhom ippjanati 10 ijiem