L-attakkant li akkwistaw United, jagħmel ġest nobbli

L-attakkant li għadhom kemm akkwistaw Manchester United, Odion Ighalo fetaħ orfanatofju f’belt twelidu u qed jgħin ukoll 45 armla.

Ighalo li kellu biss 17-il sena meta telaq min-Niġerja qatt ma nesa l-post fejn trabba. Hu kien qed jilgħab ma’ Shanghai Shenhua qabel ma kiseb ftehim fuq loan ta’ sitt xhur għal ma’ United. Il-paga mat-tim Ċiniż kienet tlaħħaq it-€300,000 fil-ġimgħa u kien jaqsam din il-paga mal-orfanatrofju li hemm f’pajjiżu.

Waqt intervista ma’ gazzetta Ingliża, Ighalo qal li tfulitu kienet iebsa, iżda kien jaf li eventwalment xortih kellha tinbidel u bil-flus li jaqla’ seta’ jagħti lura lis-soċjetà li rabbietu.

Skont rapporti minn gazzetti Ingliżi, Ighalo nefaq madwar miljun biex bena d-dar. Fiha jgħixu bejn 30 u 40 tifel u tifla u għandha appartamenti separati għas-subien u l-bniet. L-orfanatrofju jżomm ukoll it-trabi u l-persuni li jaħdmu hemm jipprovdu tagħlim u sport.